Żwieġ (#7965)

Hu Dak li Jagħti, Ta’ Qalb Kbira!
Tifħir lil Alla, il-Qadim, Li Jgħammar-Dejjem, Li Ma Jinbidilx, Li Ma Jintemmx! Hu li kien xehed fl-Essenza tiegħU li fis-sewwa Huwa Hu, il-Waħdani, il-Qatt Imxekkel, il-Għoli. Aħna xhieda li fis-sewwa m’hemmx Alla għajru, nagħrfu li Huwa, nistqarru waħdanU. Hu għex minn dejjem f’għoljiet ma jintlaħqux, fil-qċaċet ta-għoli tiegħU, imqaddes minn kull titrif għajr Huwa Nnifsu, ħieles minn kull tifsir għajr Huwa.

U meta Hu xtaq juri l-grazzja u t-tjieba lill-bnedmin, u jqiegħed id-dinja fl-ordni, Huwa kixef amar u ħoloq liġijiet; fosthom Huwa waqqaf fis-sod il-liġi taż-żwieġ, għamilha bħala fortizza għas-saħħa u l-ħelsien, u amarha lilna f’dak li gie mniżżel mis-sema tal-qdusija fil-Ktieb l-Aktar Qaddis tiegħU. Huwa qal, hekk kbira hi l-glorja tiegħU: “Iżżewġu, O ġnus, ħalli minnkom ikun jista’ jfeġġ dak li jfakkarnI fost il-qaddejja tiegħI; dan huwa wieħed mill-kmandamenti tiegħI lilkom; obduh bħala għajnuna għalikom infuskom.”

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Żwieġ (#7966)

O Sid tiegħi, O Sid tieghi! Dawn iż-żewġ globi jiddu huma mżewġin fl-imħabba tiegħeK, magħqudin biex jaqdu l-Għatba Mqaddsa tiegħeK, imwaħħdin għat-twettieq tal-Kawża tiegħeK. Agħmel Int dan iż-żwieġ li jkun bħal dwal riffiesa tal-grazzja kotrana tiegħeK, O Sid tiegħi, il-Ħanin f’Kollox, u raġġi mdawlin tal-għotjiet tiegħeK, O Inti Qalb Tajba, li Dejjem-Tagħti, ħalli jkunu jistgħu joħorġu minn din is-siġra kbira friegħi li jikbru ħodor u għammiela bid-doni li jraxxu fuqhom mis-sħab tal-grazzja tiegħeK.

Fis-sewwa, Int il-Ġeneruż. Fis-sewwa, Int is-Setgħani. Fis-sewwa, Int Dak li Jħenn, il-Ħanin f’Kollox.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

