Umanità (#7963)

O Inti Sid twajjeb! Int ħloqt il-bnedmin kollha mill-istess fergħa. Inti amart li lkoll għandhom ikunu tal-istess dar. Fil-Preżenza Mqaddsa tiegħeK huma lkoll il-qaddejja tiegħeK, u l-bnedmin kollha mkenna taħt it-Tabernaklu tiegħeK; ilkoll inġabru madwar il-Mejda tat-Tjubija tiegħeK; ilkoll imdawlin bid-dawk tal-Providenza tiegħeK.

O Alla! Inti ħanin ma’ kulħadd, Int ipprovdejt għal kulħadd, tkennen lil kulħadd, troxx il-ħajja fuq kulħadd. Inti żejjint lil kull wieħed u lil kollha bid-doni u l-ħila, u lkoll huma mgħaddsin fl-Oċejan tal-Ħniena tiegħeK.

O Inti Sid twajjeb! Għaqqad lil kulħadd. Agħmel li reliġjon taqbel ma’ oħra u agħmel in-nazzjonijiet wieħed, sabiex  jaraw lil xulxin bħala familja waħda u d-dinja kollha bħala dar waħda. Jalla jgħixu ikoll flimkien f’armonija sħiħa.

O Alla! Erfa’ ’l fuq il-bandiera ta’ waħdan il-bnedmin.
O Alla! Qiegħed fis-sod l-Akbar Sliem.
Kaħħal Int, O Alla, il-qlub flimkien.

O Int Missier twajjeb, Alla! Ferraħ lil qlubna bil-fwieħa tal-imħabba tiegħeK. Dawwal  għajnejna bid-Dwal tat-Tmexxija tiegħeK. Għaxxaq widnejna bil-għanja tal-Kelma tiegħeK, u kenninna lkoll fil-Fortizza tal-Providenza tiegħek.

Int is-Setgħan u l-Qawwi, Int Dak li Jaħfer u Inti Dak li jagħlaq għajnejĦ għan-nuqqasijiet tal-bnedmin kollha.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

