Tfal (#15318)

Tkun imfaħħar Int, O Mulej, Alla tiegħi! Bi ħnientek, agħmel li din it-tarbija tkun mitmugħa mis-sider dlil tal-Ħniena Tiegħek u mill-mħabba tal-Providenza Tiegħek, u li tkun mitmugħa mill-frott tas-Siġar Ċelesti Tiegħek. Tħallihiex titrabba f’idejn ħadd ħlief f’Idejk, għax Int stess, bil-qawwa tar-rieda sovrana u s-setgħa Tiegħek, ħlaqtha u sejjaħtilha biex teżisti. M’hemm ebda Alla Ħliefek, l-Akbar, li Jaf Kollox.

Tkun imfaħħar Int, O L-Aktar Għażiż Tiegħi! Ibgħat fuqha r-riħa ħelwa tal-ġenerożità Tiegħek li taqbeż kull għarfien, u l-fwieħa tal-għotjiet qaddisa Tiegħek. Agħtiha il-ħila biex tfittex kenn taħt id-dell tal-Isem Tiegħek l-iktar eżaltat, O Int li żżomm f’idejk is-saltna tal-ismijiet u l-attributi. Tassew, Int kapaċi Tagħmel dak li Trid, u Int tassew il-Qawwi, il-Għoli, li Taħfer-Dejjem, il-Grazjuż, il-Ġeneruż, il-Ħanin.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Tfal (#7944)

O Alla! Eduka lil dawn it-tfal. Dawn it-tfal huma x-xtieli tal-ġnejna tiegħeK, il-fjuri tax-xagħri tiegħeK, il-ward tal-ġnien tiegħeK. Ħalli x-xita tiegħeK tinżel fuqhom; ħalli x-Xemx tar-Realtà tiddi fuqhom bl-imħabba tiegħeK. Ħalli ż-żiffa tiegħeK tiffriskahom sabiex huma jiġu mħarrġa, jikbru u jimxu ’l quddiem, u jidhru fl-aqwa sbuħija. Int Dak li Jagħti. Int Dak li Jħenn.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

Tfal (#7945)

Huwa Alla! O Alla, Alla tiegħi! Agħtini qalb safja, bħalma perla!

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

Tfal (#7946)

O Alla, mexxini, ħarisni, agħmel minni lampa tiddi u kewkba tgħammex. Int is-Setgħani u l-Qawwi.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

Tfal (#15319)

O Mulej bla xebh! Ħalli din it-tarbija li għadha tredda’ tkun mitmugħa mis-sider tal-imħabba u l-ħniena Tiegħek, ħarisha fin-nieqa tas-sigurtà u l-protezzjoni Tiegħek, u agħtiha l-grazzja li titrabba f’dirgħajn l-imħabba ħelwa Tiegħek.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

