Tagħlim (#7983)

Ikun imkabbar l-isem tiegħeK, O Alla tiegħi, għax Int urejt il-Jum li hu Sultan il-Jiem, il-Jum li Int ħabbart mill-Magħżulin tiegħeK u lill-Profeti tiegħeK fit-Twavel l-aktar eċċellenti tiegħeK, il-Jum li fiħ Int xerridt id-dija tal-glorja ta’ ismijieteK kollha fuq il-ħlejjaq kollha. Kbirs hi qdusit dak li ntelaq lejK, u daħal fil-preżenza tiegħeK, u qabad il-ħsus ta leħneK.

Jien nitolbok, O Sid tiegħi, f’isem Dak li dwarU ddur bil-qima is-saltna ta’ ismijieteK, sabiex ħanin Int lilhom tgħin li huma egħżież għaliK ħalli jsebbħu il-kelma tiegħeK fost il-qaddejja tiegħeK, u jxerrdu fil-wisa’ it-tifhir lileK fost il-ħlejjaq tiegħeK, hekk li l-għaxqiet tar-rivelazzjoni teegħeK ikunu jistgħu jimlew l-erwieħ ta’ dawk kollha li jgħammru fuq l-art tiegħeK.

Ladarba Int mexxejtom, O Sid tiegħi, lejn l-ilmijiet ħajja tal-grazzja tiegħeK, agħmel, f’ġieh il-tjieba tiegħeK, li ma jinżammux lura minneK; u ladarba Int Sejjaħtilhom lejn il-għamar tat-tron tiegħeK, la tkeċċihomx mill-preżenza tiegħeK, f’ġieh imħabbteK  ħanina. Niżżel fuqhom dak li jaqtagħhom għal kollox minn kollox għajr minneK, u ħalli jkunu jistgħu jogħlew fl-atmosfera tal-qarbien tiegħeK, b’tali mod li la setgħet il-ħakkiem la tnebbih dawk li ma emmnux fiK Innifsek l-aktar sultani u qawwi ma jkunu jistgħu iżommuhom lura minneK.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Tagħlim (#15320)

Glorja lilek, O Mulej tad-dinja u x-Xewqa tal-ġnus, O Int li ġejt manifest fl-Ikbar Isem, li bih il-perli tal-għerf u l-kelma dehru mill-qxur tal-baħar il-kbir tal-għarfien Tiegħek, u s-smewwiet tar-rivelazzjoni divina ġew imżejna bid-dawl tad-dehra tax-xemx ta’ Wiċċek.
Nitolbok, b’dik il-Kelma li permezz tagħha l-prova Tiegħek ġiet ipperfezzjonata fost il-ħlejjaq Tiegħek u t-testimonjanza Tiegħek twettqet fost il-qaddejja Tiegħek, biex issaħħaħ lill-poplu Tiegħek f’dak li bih il-wiċċ tal-Kawża se jiddi fid-dominju Tiegħek, l-istandardi tal-qawwa Tiegħek jitħawlu fost il-qaddejja Tiegħek, u l-bandalori tal-gwida Tiegħek jittellgħu fil-ħakmiet kollha Tiegħek.
O Mulej tiegħi! Int tarahom imqabbdin mal-ħabel tal-grazzja Tiegħek u jżommu sod mal-keffa tal-mant tal-ġid Tiegħek. Ordna għalihom dak li jġibhom eqreb Lejk, u żommhom il-bogħod minn kull ħaġa oħra Ħliefek.
Nitolbok, O Int Sultan tal-eżistenza u Protettur ta’ dak li jidher u dak li ma jidhirx, biex tagħmel kull min iqum jaqdi l-Kawża Tiegħek bħal baħar li jimxi bix-xewqa Tiegħek, bħal wieħed jaħraq bin-nar tas-Siġra Sagra Tiegħek, jiddi mill-orizzont tas-sema tar-rieda Tiegħek. Tassew, Int il-Qawwi, li la l-qawwa tad-dinja kollha u lanqas il-qawwa tal-ġnus ma jistgħu jdgħajfu. M'hemm l-ebda Alla ħlief Inti, il-Wieħed, l-Inkomparabbli, il-Protettur, li Tgħix Fik Innifsek.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Tagħlim (#7984)

O Alla tiegħi, għin Int lill-qaddej tiegħeK ħa’ jqajjem il-Kelma, u jmeri dak li hu fieragħ u falz, isejjes is-sew, ixerred fil-wisa’ il-vrus imqaddsa, jikxef id-dijiet, u jġagħal dawl il-għodwa isebbaħ fil-qlub tat-tajbin. 

Inti, fis-sew, il-Ġeneruż,  Li Taħfer.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

Tagħlim (#7985)

O Int Alla li m’hawnx bħaleK! O Inti Sid is-Sultan! Dawn l-erwieħ huma armata tiegħeK smewija. Agħtihom l-għajnuna u, biċ-ċorom tal-Folla Suprema, oħroġhom rebbieħa, hekk li kull wieħed minnhom ikun jista’ jsir riġment u jirbaħ dawn il-pajjiżi bl-imħabba t’Alla u d-dawl tat-tagħlim divin. 

O Alla! Kun Int li tweżinhom u li tgħinhom, u fix-xagħri, u muntanja, wied, imsaġar, mergħat u ibħra ħa’ jiftħu qalbhom miegħeK - biex huma jkun jistgħu jgħajtu bil-qawwa tas-Saltna u n-nifs tal-Ispirtu Mqaddes. 

Fis-sewwa, Inti il-Qawwi, is-Setgħani u Li Tista’ Kollox, u Inti il-Għaref, Li Tisma’ u Li Tara.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

