Maħfra (#7957)

Glorja lileK, O Sid Alla tiegħi!  Nitolbok f’ġieh il-Magħżulin tiegħeK, u f’ġieh ir-Reffiegħa tal-Fiduċja tiegħeK, u f’ġieh Dak Li Int għażilt biex ikun is-Siġill tal-Profeti tiegħeK u tal-Qaddejja tiegħeK, biex tagħmel il-fakra fiK is-sieħba tiegħi, u l-imħabba tiegħeK il-mira tiegħi, u wiċċeK il-għan tiegħi, u ismeK il-lampa tiegħi, u xewqteK  xewqti, 
u l-għoġba tiegħek l-għaxqa tiegħi.

Jiena midneb, O Sid tiegħi, u Inti Dak li Dejjem-Taħfer. Malli jien għarafteK, jien għaġġilt biex nikseb il-qorti għolja ta’ mħabbteK-ħanina. Aħfirli, O Sid tiegħi, dnubieti li żammewni lura milli nimxi fil-passi tal-għoġba tajba tiegħeK, u milli nilħaq is-xtut tal-oċejan ta’ waħdaneK.

M’hemm ħadd, O Sid tiegħi, li jaf jurini tjieba li lejh nista’ ndawwar wiċċi, u ħadd li jista’ jħenn għalija li nista’ nixxennaq għall-ħniena tiegħu. Tkeċċinix ‘il barra, nitolboK, mill-preżenza tal-grazzja tiegħeK, lanqas Inti ma żżomm lura minni it-tixrid tal-ġenerożità u t-tjieba tiegħeK. Amar għalija, O Sid tiegħi, dak li Int amart għal dawk li jħobbuK, u niżżel għalija dak li Inti ktibt għall- magħżulin tiegħeK. Ħarsti, il-ħin kollu, kienet imwħħla fuq ix-xefaq tal-providenza ħlejja tiegħeK, u għajnejja mdawrin għal fuq il-qorti tal-ħniniet teneri tiegħeK. Agħmel bija dak li jogħġob lileK. M’hemmx Alla ieħor għajreK, l-Alla tas-setgħa, l-Alla tal-glorja, li l-ghajnuna tiegħU tintalab mill-bnedmin kollha.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Maħfra (#7958)

NitolboK li taħfirli, O Sid tiegħi, għal kull titrif għajr għal titrifeK, u għal kull tifħir għajr għal tifħireK, u għal kull għaxqa għajr l-għaxqa ta’ qarbieneK, għal kull pjaċir għajr il-pjaċir tal-għaqda miegħeK, u għal kull ferħ għajr il-ferħ ta’ mħabbteK u tal-għoġba tajba tiegħeK, u għall-ħwejjeġ kollha li huma tieghi li ma għandhom l-ebda rabta miegħeK, O Int Li int Sid is-sidien, Hu Li jipprovdi l-mezzi u jiftaħ il-bibien.

-The Báb
-----------------------

