Kenn (#7973)

Itkun imfaħħar, O Sid Alla tiegħi! Dan huwa l-qaddej tiegħeK li xorob minn idejn il-grazzja tiegħeK l-inbid tal-ħniena tenera tiegħeK, u daq it-togħma ta’ mhabbteK fil-jiem tiegħeK. NitolboK, f’ġieh it-tiswir ta’ ismijieteK li l-ebda niket ma jista’ jżomm li jifraħ fl-imħabba tiegħeK jew milli jħares fuq wiċċeK, u li ċ-ċorom kollha ta’ dawk bla kont m’għandhom il-ħila li jġagħluh idur mit-triq tal-ġħoġba tiegħeK, li jfornuh bil-ħwejjeġ tajbin li għandek Inti, u li jgħolluh hekk fil-għoli li jara d-dinja bħala dell li jgħib eħfef minn teptipa t’għajn.

Żommu fiż-żgur ukoll, O Alla tiegħi, bis-saħħa tal-maestà tiegħeK bla qies, minn dak kollu li Inti tistmerr. Inti, fis-sewwa, is-Sid tiegħu u s-Sid tad-dinjiet kollha.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Kenn (#7974)

O Alla, O Alla tiegħi! Jien ħriġt minn dari, inżomm sewwa mal-ħabel ta’ l-imħabba 
tiegħeK, u erħejt ruħi għal kollox f’idejK u taħt il-ħarsien tiegħeK. NitolboK, f’ġieh il-qawwa li biha Int ħarist lill-maħbubin tiegħeK mill-imgħawweġ u mill-imħajjen, u minn kull ħakkiem stinat, u minn kull ħajjen li terraq ’il bogħod minneK, sabiex iżżommni fiż-żgur bit-tjieba tiegħeK u l-grazzja tiegħeK. Ħallini, immela, nerġa’ lura lejn dari bil-qawwa tiegħeK u bis-setgħa tiegħeK. Inti, fis-sew, is-Setgħan, l-Għajnuna fis-Saram, li Tgħix Fik Innifsek.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

