Għaqda (#7991)

O Alla tiegħi! O Alla tiegħi! Għaqqad il-qlub tal-qaddejja tiegħeK, u ikxef lilhom il-għan kbir tiegħeK. Halli jimxu wara l-kmandamenti tiegħeK u josservaw il-Liġi tiegħeK. Għinhom, O Alla, fil-ħidma tagħhom, u agħtihom is-saħħa biex jaqduK. O Alla! Tħallihomx għalihom infushom, iżda mexxi passejhom bid-dwal tal-għarfien tiegħeK, u ferraħ qlubhom bl-imħabba tiegħeK. Fis-sew, Int Dak li Jgħinhom u s-Sid tagħhom.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Għaqda (#7992)

O Alla tiegħi! O Alla tiegħi! Fis-sew, jien insejjaħleK u nitlob quddiem il-għatba tiegħeK, nitolboK li-l-ħniena kollha tiegħeK tinżel fuq dawn l-erwieħ. Irfinahom għall-għoġba tiegħeK u għas-sewwa tiegħeK. 

O Sid! Għaqqad u orbot flimkien il-qlub, qabbel flimkien l-erwieħ kollha, u henni l-ispirti bl-egħliem ta’ qdusiteK u waħdaneK. O Sid! Agħmel dawn l-uċuh middija bid-dwal ta’ waħdaneK. Saħħaħ ġenbejn il-qaddejja tiegħeK fil-qadi ta’ saltnateK. 

O Sid, Int li għandek ħniena bla qies! O Sid tal-maħfra u tal-mogħdrija! Aħfer dnubietna, agħder nuqqasijietna, u agħmel li nduru lejn is-saltna tal-ħenn tiegħeK, insejħu is-saltna tas-setgħa u l-qawwa, umli fil-maqdes tiegħeK u baxxuti quddiem il-glorja tax-xieħda tiegħeK. 

O Sid Alla! Agħmilna bħal mewġ il-baħar, bħal fjuri tal-ġnien, magħquda, naqblu bejnietna bit-tjieba ta’ mħabbteK. O Sid! Wassa’ l-isdra bl-egħliem ta’ waħdaneK, u agħmel lill-bnedmin kollha kwiekeb jiddu mill-istess għoli ta’ glorja, bħal frott perfett jikber fuq is-siġra tiegħeK tal-ħajja.

Fis-sew, Int is-Setgħani, Li Tgħix Fik InnifseK, Li Tagħti, Li Taħfer, Li Tagħder, Li Taf  Kollox, il-Ħallieq Waħdani.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

