Fil-Għodu (#7967)

Jien stenbaht fil-kenn tiegħeK, O Alla tiegħi u jixraqlu dak li jfittex dak il-kenn li jgħammar fis-Santwarju tal-ħarsien tiegħeK u l-Fortizza tad-difiża tiegħeK. Dawwal l-essenza ġewwiena tiegħi, O Sid tiegħi, bid-dija ta’ Għajn il-Jum tar-Rivelazzjoni tiegħeK, kif Int dawwalt l-essenza barranija tiegħi b’dawl il-għodwa tal-għoġba tiegħeK.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Fil-Għodu (#7968)

Jien qomt dal-għodu bil-grazzja tiegħeK, O Alla tiegħi, u ħallejt dari b’fiduċja sħiħa fiK, u nerħi lili nnifsi f’idejK. Niżżel fuqi, immela, mis-sema tal-ħniena tiegħeK, barka min-naħa tiegħeK, u ħallini nerġa lura d-dar qawwi u sħiħ kif Inti ħallejtni noħroġ taħt il- harsien tiegħeK  bi ħsebijieti fissi fuqeK. 

M’hemmx Alla ieħor għajreK, il-Wieħed, li Bħalu M’Hemmx, li Jaf Kollox, il-Għaref f’Kollox.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

