Fejqan (#7962)

O Alla, Alla tiegħi! Nitolbok f’ġieh l-oċejan tal-fejqan tiegħeK, u f’ġieh id-dwal ta’ Kewkbet il-Jum tal-grazzja tiegħeK, u f’ġieh l-isem tiegħeK li bih Int għalibt lill-qaddejja tiegħeK, u f’ġieh it-tixrid setgħani tal-Kelma tiegħek l-aktar għolja u s-saħħa tal-Pinna tiegħeK l-aktar sultana, u f’ġieh il-ħniena tiegħeK li kienet qabel il-ħolqien ta’ kulma jinsab fis-sema u fl-art, biex issaffini bl-ilmijiet ta’ tjibateK minn kull mard u taħwid, u minn kull għajja u djufija.
 
Inti tara, O Sid tiegħi, lil dak li qed jitolboK jistenna fil-bieb tat-tjieba tiegħeK u dak li poġġa tamietu fiK imdendel mal-ħabel tal-qalb kbira tiegħeK. La tiċħadlux, nitolboK, il-ħwejjeġ li qed ifittex mill-oċejan tal-grazzja tiegħeK u Kewkbet il-Jum ta’ mħabbteK-Ħanina.
 
Setgħani Int li tagħmel dak li jogħġboK. M’hemmx Alla ieħor għajreK, Li Taħfer-Dejjem, l-Aktar Ġeneruż.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Fejqan (#8001)

L-Isem tiegħeK hu l-fejqan tiegħi, O Alla tiegħi, u l-fakra tiegħeK hija l-kura tiegħi. QarbieneK huwa it-tama tiegħi, u l-imħabba għaliK hija s-sieħba tiegħi. Il-ħniena tiegħeK lejja hija il-fejqan tiegħi u l-għajnuna tiegħi kemm f’din id-dinja u fid-dinja li ġejja. Inti, fis-sewwa, it-Tajjeb f’Kollox, li Taf-Kollox, il-Għaref f’Kollox.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

